Language of document : ECLI:EU:T:2014:183





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2014 – Club Hotel Loutraki et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑57/13)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Użu ta’ apparat għal lotterija vidjo – Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva – Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat – Ittra indirizzata lil-lanjanti – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Atti li jistgħu jiġu kkontestati mill-awtur ta’ lment li jallega għajnuna mill-Istat – Ittra tal-Kummissjoni li tikkomunika lil lanjant ir-rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Esklużjoni (Artikolu 108(2) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 21-25)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar ilment indirizzat mir-rikorrenti dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil OPAP.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Club Hotel Loutraki AE, Vivere Entertainment AE, Theros International Gaming, Inc., Elliniko Casino Kerkyras, Casino Rodos u Porto Carras AE huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).

3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.