Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2016 – Mitsubishi Electric vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-409/12) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear iżolat bil-gass – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament parzjali tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali – Multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Drittijiet tad-difiża – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Żball ta’ evalwazzjoni – Ammont inizjali – Livell ta’ kontribuzzjoni għall-ksur – Koeffiċjent ta’ dissważjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mitsubishi Electric Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Denton, J. Vyavaharkar, R. Browne, L. Philippou, M. Roald u J. Robinson, Solicitors, u K. Haegeman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4381, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (li sar l-Artikolu 101 TFUE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sal-punt li kienet indirizzata lil Mitsubishi Electric Corp. u Toshiba Corp. (Każ COMP/39.966 – Switchgear Iżolat bil-Gass – Multi), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u sussidjarjament, talba għall-emenda tal-Artikolu 1 tal-istess deċiżjoni sabiex jiġi rrevokat, jew fin-nuqqas ta’ dan, imnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mitsubishi Electric Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 343, 10.11.2012.