Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 – ABLV Bank AS, fi stralċ vs Il-Board Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-202/21 P) 1
(Appell – Politika ekonomika u monetarja – Unjoni Bankarja – Regolament (UE) Nru 806/2014 – Mekkaniżmi uniċi ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti tal-investiment – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni – Kontribuzzjonijiet annwali – Stralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Rimbors ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa – Pro rata temporis)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ABLV Bank AS, fi stralċ (rappreżentant: O. Behrends, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Board Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: C. J. Flynn u J. Kerlin, aġenti, assistiti minn S. Ianc, T. Klupsch, B. Meyring u S. Schelo, Rechtsanwälte), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis, A. Steiblytė u D. Triantafyllou, aġenti)
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
ABLV Bank AS, fi stralċ, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u mill-Kummissjoni Ewropea
____________
1 ĠU C 217, 7.6.2021.