Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fl-14 ta' April 2008 - N.N. Renta, S.A. vs Generalidad de Cataluña
(Kawża C-151/08)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Cataluña, Spanja.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: N.N. Renta, S.A..
Konvenuta: Generalidad de Cataluña.
Domandi preliminari
Hija kompatibbli ma' l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE
1 tas-17 ta' Mejju 1977, iż-żamma ta' l-ammont varjabbli jew proporzjonali tat-taxxa fuq tranżazzjonijiet legali dokumentati meta din ta' l-aħħar hija dovuta fuq il-konklużjoni ta' xiri minn impriża li l-attività tagħha tikkonsisti fix-xiri u l-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew fix-xiri ta' proprjetà immobbli għall-iżvilupp jew għall-kiri, meta l-avveniment jew it-tranżazzjoni taxxabbli, il-bażi ta' stima u l-persuna taxxabbli fir-rigward tat-taxxa fuq tranżazzjonijiet legali dokumentati jkunu l-istess bħal dawk fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li hija dovuta fl-istess ħin fir-rigward ta' l-istess xiri?
____________1 - Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).