Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-2 ta’ Ġunju 2023 – LB, JL vs Getin Noble Bank S.A.
(Kawża C-347/23, Zabitoń 1 )
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LB, JL
Konvenut: Getin Noble Bank S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li tikkonkludi kuntratt ta’ self ipotekarju sabiex tikseb fondi għax-xiri ta’ unità residenzjali waħda intiża għall-kiri bi ħlas (buy-to-let) għandha titqies bħala “konsumatur” fis-sens ta’ din id-direttiva?
____________
1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100