Language of document :

Appell ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2023 minn Thomas Henry GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-31 ta’ Marzu 2023 fil-Kawża T-482/22 – Thomas Henry GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-342/23 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Thomas Henry GmbH (rappreżentanti: O. Spieker, D. Mienert u J. Si-Ha Selbmann, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Ottubru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________