Language of document : ECLI:EU:T:2014:275





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Mejju 2014 — European Dynamics il-Lussemburgu vs BĊE

(Kawża T‑553/11)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ servizzi fil-qasam tal-infrastruttura u tas-sistemi informatiċi favur il-BĊE — Ċaħda tal-kandidatura — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Kriterji ta’ selezzjoni — Konformità ta’ kandidatura mal-kundizzjonijiet previsti mis-sejħa għal kandidaturi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa li tintalab informazzjoni dwar kandidatura — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Rikors għad-danni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 49)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrenti (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja Artikolu 21, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali Artikolu 44(1)(ċ) u (d)) (ara l-punti 52-55)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Talbiet — Modifika fil-mori tal-kawża — Kundizzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 57)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Terminu għall-produzzjoni tal-provi — Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Kamp ta’ applikazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(e), 48(1) u 66(2)) (ara l-punti 72, 74)

5.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Locus standi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti indirizzata lil konsorzju offerent li ma għandux personalità ġuridika — Rikors ta’ impriża membru tal-imsemmi konsorzju — Ammissibbiltà (Artikolu 263(4) TFUE) (ara l-punti 83-91)

6.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Ammissibbiltà (Artikolu 263, subparagrafu 4 TFUE) (ara l-punt 94)

7.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni eżegwita — Rikors ta’ offerent, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, kontra deċiżjoni ta’ għoti eżeġwita favur offerent ieħor — Ammissibbiltà (Artikolu 263, subparagrafu 4 TFUE) (ara l-punt 95)

8.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li tistabbilixxi r-regoli għall-għoti tal-kuntratti — Terminu għall-kontestazzjoni tal-kontenut tad-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti — Limitazzjoni tad-dritt għal rikors effettiv — Assenza — Interpretazzjoni fid-dawl tad-direttivi fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Obbligu ta’ prevedibbiltà tat-tul tat-terminu — Portata (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 89/665, Artikoli 1(1) u (4), u 6, u 2004/18, Artikolu 84; Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li tistabbilixxi r-regoli għall-għoti tal-kuntratti, Artikolu 21(2)) (ara l-punti 101-120)

9.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza — Portata (ara l-punti 123, 124)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 152-154)

11.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità — Eċċezzjoni mqajma fl-istadju tar-replika — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 191)

12.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 229, 297)

13.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Obbligu, tal-istituzzjoni, li teżerċita s-setgħa tagħha li tikkuntattja lil offerent wara l-ftuħ tal-offerti — Kundizzjoni — Eżerċizzju fl-osservanza tal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali (ara l-punti 299-302)

14.                     Proċedura ġudizzjarja — Talba għal miżuri istruttorji u għall-organizzazzjoni tal-proċedura — Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 64(1), 65 sa 67) (ara l-punti 317, 318)

15.                     Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta' poter — Kunċett (ara l-punt 323)

16.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (Artikolu 340, subparagrafu 2, TFUE) (ara l-punti 341, 342)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad il-kandidatura ta’ grupp temporanju ta’ impriżi, li jinkludi lir-rikorrenti, fi proċedura ta’ sejħa għal offerti nnegozjata dwar servizzi informatiċi, tad-deċiżjoni tal-Awtorità għas-sorveljanza tal-kuntratti pubbliċi tal-BĊE li tiċħad ir-rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha marbuta tal-BĊE u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).