Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Awwissu 2008 - Parfums Christian Dior vs L-UASI - Consolidated Artists (MANGO adorably)

(Kawża T-308/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Parfums Christian Dior SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Cornu, D. Moreau u F. de Visscher, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Consolidated Artists B.V. (Rotterdam, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1162/2007-2; u

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "MANGO adorably" għal prodotti fil-klassi 3

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Franċiża Nru 33 209 849 tat-trade mark "ADIORABLE" għal prodotti fil-klassi 3; reġistrazzjoni għal trade mark Franċiża Nru 94 536 564 tat-trade mark "J'ADORE" għal numru ta' prodotti, fosthom prodotti fil-klassi 3; reġistrazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru 811 001 tat-trade mark "ADIORABLE" għal numru ta' prodotti, fosthom prodotti fil-klassi 3; reġistrazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru 687 422 tat-trade mark "J'ADORE" għal numru ta' prodotti, fosthom prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord ta' l-Appell żbalja fil-konstatazzjoni tiegħu li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati u li l-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma jikkawżax vantaġġ inġust mir-reputazzjoni ta' trade marks preċedenti, fuq ir-raġunament żbaljat li skond iż-żewġ dispożizzjonijiet legali t-trade marks ikkonċernati mhumiex simili biżżejjed.

____________