Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Awwissu 2008 - G-Star Raw Denim Kft. vs UASI - ESGW

(Kawża T-309/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: G-Star Raw Denim Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Vos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appel: ESGW Holdings Ltd (Tortola, British Virgin Islands)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-14 ta' April 2008 fil-każ R-1232/2007-1;

tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 4 195 368

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "G Stor" għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 545 551 tat-trade mark verbali "G-STAR" għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 445 401 tat-trade mark verbali/figurattiva "G-STAR" għal prodotti fil-klassi 9 u 25; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 444 262 tat-trade mark figurattiva "G-Star" għal prodotti fil-klassi 9 u 25; it-trade mark "G-Star" li kienet diġà magħrufa u protetta f'diversi pajjiżi għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 444 171 tat-trade mark "G-STAR RAW DENIM" għal prodotti fil-klassi 9 u 35; isem ta' ditta Olandiża G-Star International B.V.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni u ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni kkontestata u ċaħda ta' l-oppożizzjoni

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord ta' l-Appell applika kriterji żbaljati meta evalwa x-xebħ neċessarju bejn it-trade marks ikkonċernati u l-ħsara neċessarja għat-trade mark preċedenti. Barra minn hekk, il-Bord ta' l-Appell evalwa ħażin il-fatti rigward l-evalwazzjonijiet imsemmija qabel.

____________