Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Jannar 2009 - Braun-Neumann vs Il-Parlament

(Kawża T-306/08 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Pensjoni tas-superstiti - Ħlas ta' 50 % minħabba li jeżisti konjuġi superstiti ieħor - Att li jikkawża preġudizzju - Ilment tardiv")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Kurt-Wolfgang Braun-Neumann (Lohr-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Ames, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (l-Ewwel Awla), tat-23 ta' Mejju 2008, Braun-Neumann vs Il-Parlament (F-79/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-anullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż li sostniet fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 247, 27.9.2008.