Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Jannar 2010 - G-Star Raw Denim vs UASI - ESGW (G Stor)

(Kawża T-309/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G Stor - Trade marks nazzjonali u Kommunitarji verbali u figurattivi preċedenti G-STAR u G-STAR RAW DENIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' xebh bejn it-trade marks - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: G-Star Raw Denim kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Vos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u J. Novais Gonçalves, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ESGW Holdings Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' April 2008 (R 1232/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn G-Star Raw Denim kft u ESGW Holdings Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G-Star Raw Denim kft hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 260, 11.10.2008