Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2023 – Freddo Freddo vs EUIPO – Krema (doffre)

(Kawża T-1091/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Freddo Freddo, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.F. Gallego Jiménez, E. Sanz Valls, P. Bauzá Martínez u Y. Hernández Viñes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Krema S.A. (Punta del Este, l-Urugwaj)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea doffre – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 365 318

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 744/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni ppreżentata kontra t-trade mark kontenzjuża, billi tiddeċiedi li ma huwiex possibbli li ż-żewġ trade marks inkwistjoni jikoeżistu paċifikament.

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________