Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA)

(Kawża T-157/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristalfarma Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: R. Almaraz Palmero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ILLUMINA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 934 239

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1187/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 75, 42(2) u 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________