Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA)

(Kawża T-157/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ILLUMINA – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoniˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristalfarma Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. King u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1187/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Cristalfarma.

Dispożittiv

It-talba għal sospensjoni mressqa minn Cristalfarma Srl hija miċħuda.

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Cristalfarma.

Novartis AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 129, 24.4.2017.