Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2020 minn Laboratorios Ern, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-53/19 – SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ vs EUIPO – Laboratorios Ern (apiheal)
(Kawża C-678/20 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Laboratorios Ern, S.A. (rappreżentanti: T. González Martínez u R. Guerras Mazón, abogados)
Partijiet oħra fil-proċedura: SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ u L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li ma taċċettax l-appell u li Laboratorios Ern għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________