Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Diċembru 2023 – A. M. vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-767/23, Remling 1 )

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A. M.

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domanda preliminari

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu dispożizzjoni legali nazzjonali bħal dik prevista fl-Artikolu 91(2) tal-Vreemdelingenwet 2000 (il-Liġi dwar il-Barranin tal-2000), li abbażi tagħha l-Afdeling bestuursrechtspraak van de Raad van State (it-Taqsima tal-Kontenzjuż Amministrattiv tal-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi), fil-kwalità tagħha ta’ qorti nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, tista’ timmotiva fil-qosor kwistjoni mqajma li tikkonċerna interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, indipendentement minn jekk din il-kwistjoni ma tkunx speċifikament marbuta ma’ talba għal rinviju preliminari, mingħajr ma tispeċifika liema mit-tliet eċċezzjonijiet rigward l-obbligu ta’ rinviju tagħha tkun applikabbli?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.