Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Socitrel vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-413/10 u 414/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva – Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Terminu raġonevoli”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Socitrel – Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (Trofa, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Proença de Carvalho u T. Faria, avukati) (Kawża T-413/10); u Companhia Previdente – Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Proença de Carvalho u J. Caimoto Duarte, avukati) (Kawża T-414/10)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.DispożittivIl-Kawżi T-413/10 u T-414/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.Ir-rikorsi huma miċħuda.Socitrel – Sociedade Industrial de Trefilaria, SA et Companhia Previdente – Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 317, 20.11.2010.