Language of document : ECLI:EU:T:2013:335





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 — Repsol YPF vs UASI – Ajuntament de Roses (R)

(Kawża T‑89/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva R — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti R — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 19)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li taqta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Kontestazzjoni permezz tal-invokazzjoni ta’ fatti ġodda — Inammissibbiltà — Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ġurisprudenza tal-Unjoni jew ta’ ġurisprudenza nazzjonali jew internazzjonali mhux invokata quddiem id-dipartiment tal-Uffiċċju — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 22)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 26)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi R (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 43, 50-55)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28,29)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 45, 46, 53)

8.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Emenda fit-termini tal-kawża kif ippreżentati quddiem il-Bord tal-Appell — Inammissibbiltà (Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4) (ara l-punt 66)

9.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni tal-unika leġiżlazzjoni Komunitajra — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet Komunitarji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 68)

10.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Legalità — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Diċembru 2011 (Kawża R 1815/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ajuntament de Roses u Repsol YPF, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Repsol YPF, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.