Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 – B&S Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-222/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Business and Strategies in Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Bihain, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli u fondat u konsegwentement tannulla l-att ikkontestat;

sussegwentement, tordna lill-Kummissjoni Ewropea tniżżel lir-rikorrenti fil-lista ristretta ta’ kandidati mitluba jipparteċipaw fis-sejħiet għal offerti fil-kuntest tal-kuntratt EuropeAid/132633/C/SER/multi, lot 7: Governance and home affairs (Tmexxija tal-Gvern u Affarijiet Interni);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba b’mod partikolari sa fejn jimponi dmir ta’ koerenza, tal-prinċipju ta’ audi alteram partem, kif ukoll fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u tal-prinċipju ta’ ekwità meta l-Kummissjoni ċaħdet bħala mhux eliġibbli, għall-ewwel darba, fl-ittra tagħha tat-2 ta’ April 2013 wara d-deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Frar 2013, il-proġett Nru 25 propost mir-rikorrenti sabiex jiġi sodisfatt il-kriterju ta’ kapaċità teknika, biex b’hekk żviluppat in-numru ta’ proġetti eliġibbli bħala proġetti ta’ riferiment taħt il-minimu neċessarju.2.    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-punt 2.4.11.1.3 tal-Gwida prattika għall-proċeduri kuntrattwali fil-kuntest tal-azzjonijiet barranin tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-kjarifika A 47 mogħtija għall-avviż tal-kuntratt, peress li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ proġetti ta’ riferiment eliġibbli sabiex jiġi sodisfatt il-kriterju ta’ selezzjoni li jirrigwarda l-kapaċità teknika tal-kandidat.