Language of document : ECLI:EU:T:2014:62





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 — Arkema Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑23/10 u T‑24/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi termiċi tal-landa u tal-istabbilizzaturi termiċi ESBO/ester — Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Multi — Tul tal-ksur — Preskrizzjoni — Interess leġittimu li jiġi kkonstatat ksur — Talba għal bidla — Ammont tal-multi — Tul tad-diversi ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa”

1.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Sensiela ta’ indizji — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà jew it-tul tal-ksur (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 38-48, 57, 66-70, 98-106)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħat tal-Kummissjoni — Konstatazzjoni ta’ ksur li ntemm — Interess leġittimu li ssir il-konstatazzjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 7(1)) (ara l-punti 111-120)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punti 121-125)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talbiet għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Arkema France u CECA SA huma kkundannati għall-ispejjeż.