Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry

(Kawża T-226/14)1

[“Klawżola ta’ arbitraġġ – Il-Ħames Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002) – Kuntratt li jikkonċerna l-qasam tal-“Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli” – Xoljiment ta’ kuntratt – Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati – Interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u F. Moro, sussegwentement F. Moro, aġenti, assistiti minn R. van der Hout, avukat)

Konvenuta: McCarron Poultry Ltd (Killacorn Emyvale, l-Irlanda)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata sabiex tirrimborsa parti mill-antiċipu mħallas mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt NNE5/1999/20229, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

McCarron Poultry Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 900 662.25 flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 2.50 % fis-sena, li jiddekorru mill-1 ta’ Diċembru 2010 u sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn.

McCarron Poultry hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 212, 7.7.2014.