Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 – Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350, 250 u 150)
(Kawżi magħquda T‑64/07 sa T‑66/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 350, 250 u 150 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 25-31)
Suġġett
| Tliet rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Diċembru 2006 (Każijiet R 1033/2006‑4, R 1034/2006‑4 u R 1035/2006‑4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 350, 250 u 150 bħala trade marks Komunitarji. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade marks verbali 350, 250 u 150 għall-prodotti fil-klassi 16 |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: | Reġistrazzjonijiet rrifjutati |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appelli miċħuda |
Dispożittiv
1) | | Ir-rikorsi huma miċħuda. |
2) | | Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż. |