Language of document : ECLI:EU:T:2015:136





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 – Nissan Jidosha vs UASI (CVTC)

(Kawża T‑572/12)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja figurattiva CVTC – Tiġdid parzjali – Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju li tagħmel parti mill-kuntest tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell (ara l-punt 33)

2.                     Trade mark Komunitarja – Tul, tiġdid, tibdil u diviżjoni tat-trade mark – Tiġdid tat-trade mark – Termini – Il-preżentata ta’ applikazzjoni għal tiġdid parzjali u ħlas ta’ taxxi relatati matul il-perijodu inizjali – Suppliment tal-applikazzjoni matul il-perijodu ta’ grazzja – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 47(3)) (ara l-punti 37-41)

3.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Legalità – Eżami mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2469/2011‑1), dwar applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CVTC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nissan Jidosha KK hija kkundannata għall-ispejjeż