Rikors ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 - N vs Il-Parlament
(Kawża F-93/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: N (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn l- 01/01/07 u t-30/04/07.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni tal-4 ta' Marzu 2008 li tikkawża preġudizzju lir-rikorrent peress li tikkonferma u tapprova definittivament ir-rapport ta' evalwazzjoni tiegħu għall-perijodu bejn l-01/01/2007 u t-30/04/2007;
jannulla l-imsemmi rapport inkwistjoni;
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament tal-25 ta' Settembru 2008 dwar iċ-ċaħda tal-ilment tar-rikorrent dwar l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata;
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
____________