Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 ta' Frar 2010 - P vs Il-Parlament
"Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Parlament Ewropew - Tkeċċija - Telf ta' kunfidenza"
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: P (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr, A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li r-rikorrenti titkeċċa bi preavviż ta' tliet xhur u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
____________1 - ĠU C 44, 21.02.2009, p. 74