Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Diċembru 2008 - RSA Security Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-210/07)1

(Rikors għal annullament - Tariffa doganali komuni - L-għoti ta' informazzjoni li torbot dwar it-tariffa - Kompetenza tal-awtoritajiet doganali nazzjonali - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RSA Security Ireland Ltd (Shannon, l-Irlanda) (rappreżentanti: B. Conway, barrister, u S. Daly, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Schønberg u D. Lawunmi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' deċiżjoni allegatament meħuda mill-Kummissjoni u kkomunikata lir-rikorrenti b'ittra tal-Irish Revenue Commissioners (awtoritajiet fiskali u doganali Irlandiżi) tat-30 ta' Marzu 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti taħt ċerta pożizzjoni tan-Nomenklatura Magħquda.

Dispożittiv

Ir-rikors huma miċħud bħala inammissibbli.

RSA Security Ireland hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 183, 4.8.2007.