Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-28 ta’ Ottubru 2020 – BV vs Direction départementale des finances publiques de la Haute-Savoie

(Kawża C-570/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BV

Konvenut: Direction départementale des finances publiques de la Haute-Savoie

Domandi preliminari

Ir-rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà taċ-ċirkustanzi li fihom il-ħabi ta’ dikjarazzjonijiet fil-qasam tal-VAT dovuta jista’ jkun is-suġġett ta’ kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet kriminali huwa ssodisfatt permezz ta’ regoli nazzjonali bħal dawk […] deskritti [fit-talba għal deċiżjoni preliminari] ?

Ir-rekwiżit ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità tal-kumulu ta’ tali sanzjonijiet huwa ssodisfatt permezz ta’ regoli nazzjonali bħal dawk […] deskritti [fit-talba għal deċiżjoni preliminari] ?

____________