Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Marzu 2011 - Siemensvs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/07) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear insulat bil-gass - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE - Tqassim tas-suq - Effetti fi ħdan is-suq komuni - Kunċett ta' ksur kontinwat - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Multi - Proporzjonalità - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta' mexxej - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Siemens AG (Berlin u Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Brinker, T. Loest u C. Steinle, sussegwentement minn I. Brinker u C. Steinle, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Arbault u O. Weber, sussegwentement minn X. Lewis u R. Sauer, u fl-aħħar minn R. Sauer u A. Antoniadis, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta' Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/F/38.899 - Switchgears insulati bil-gass), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Siemens AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 140, 23.06.2007.