Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Lulju 2010 - Agrofert Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/07) 1

"Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti rigward proċedura ta' konċentrazzjoni ta' impriżi - Rifjut ta' aċċess"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agrofert Holding a.s. (Pyšelská, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: R. Pokorný u D. Šalek, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u P. Costa de Oliveira, sussegwentement P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Kruse u S. Johannesson, sussegwentement S. Johannesson, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Himmanen, A. Guimaraes-Purokoski, M. J. Heliskoski u M. Pere, aġenti); u Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentanti: S. Sołtysiński, K. Michałowska u M. Olechowski, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Awwissu 2006, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti dwar il-proċedura ta' notifika u ta' notifika minn qabel tat-tranżazzjoni ta' akkwist ta' Unipetrol minn Polski Koncern Naftowy Orlen SA (COMP/M.3543) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2007) 1360, tat-13 ta' Frar 2007, li tikkonferma dan ir-rifjut.

Dispożittiv

It-talbiet għall-annullament tar-risposta tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta' Awwissu 2006 kif ukoll dawk intiżi sabiex il-Qorti Ġenerali tordnalha tikkomunika d-dokumenti mitluba huma inammissibbli.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2007) 1360, tat-13 ta' Frar 2007, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-każ COMP/M.3543, dwar il-konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen SA u Unipetrol, skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u t-terzi kif ukoll l-aċċess għad-dokumenti interni u għall-pariri legali stabbiliti f'din il-kawża hija annullata.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tad-Danimarka u Polski Koncern Naftowy Orlen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007.