Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2009 - dm-drogerie markt vs UASI - Distribuciones Mylar (dm)

(Kawża T-36/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH + Co. KG (Karlsruhe, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Distribuciones Mylar, SA (Gelves, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 228/2008-1 u, bħala rettifika, tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 228/2008-1 u tirrinvija l-kawża lill-UASI;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 228/2008-1; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "dm" għal prodotti fil-klassijiet 1, 3-6, 8-11, 14, 16, 18, 20-22, 24-32, 34 u għal servizzi fil-klassi 40

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva "DM" irreġistrata fi Spanja bin-Nru 2 561 742 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 57 u 59 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li l-ittra tal-UASI tat-8 ta' Ġunju 2007 ma tissospenditx it-terminu għal appell; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta qies li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks ikkonċernati minħabba xebħ bejn il-prodotti koperti. Ksur tar-Regola 17(2) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/951, peress li l-Bord tal-Appell ma ddeterminax li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ma indikatx l-elementi essenzjali tal-oppożizzjoni.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1).