Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Settembru 2011 - Meredith vs UASI (BETTER HOMES AND GARDENS)

(Kawża T-524/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETTER HOMES AND GARDENS - Raġuni assoluta għal rifjut - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni mill-eżaminatur - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meredith Corp. (Des Moines, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Hardcastle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Settembru 2009 (Każ R 517/2009-2), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BETTER HOMES AND GARDENS bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Meredith Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 51, 27.2.2010.