Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Settembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-99/11) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni – Interess ġuridiku – Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni dovuti għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Lulju 2010.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissbli.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.