Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2024 – Sport-Point vs EUIPO – Imperial (QUIET PLEASE)

(Kawża T-97/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sport-Point Holding GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schmitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Imperial SpA (Funo di Argelato, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUIET PLEASE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 327 426

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1011/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-applikazzjoni Nru 18 327 426 tiġi aċċettata għar-reġistrazzjoni

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________