Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2007 - CB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Groupement des Cartes Bancaires (CB) GIE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Georges, J. Ruiz Calzado, É. Barbier de La Serre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi ;

tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-preżenti rikors, ir-rikorrent jitlob l-anullament tad-Deċiżjoni C(2007) 5060 finali tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE (kawża KOMP/D1/38606 - GRUPP TA' KARDS TAL-BANK "CB"), dwar miżuri ta' tariffi ta' adeżjoni għall-Grupp applikabbli għall-membri ġodda kif ukoll il-mekkaniżmu imsejjaħ "ta' qawmien bil-mod" applikabbli għall-membri tal-Grupp li ma żviluppawx attività sinjifikattiva ta' kards tal-bank wara l-adeżjoni tagħhom.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur ta' l-Artikolu 81 KE u tal-prinċipju ta' trattament ugwali kif ukoll tan-nuqqas ta' motivazzjoni minħabba nuqqasijiet allegati fil-metodu ta' analiżi ta' miżuri u tas-swieq magħmula mill-Kummissjoni fejn hija ma kkunsidratx viżjoni totali, ta' l-informazzjoni kollha rilevanti lanqas tal-kuntest konkret li fih huwa ġew adottati u li fiha huwa wrew l-effetti tagħhom.

It-tieni nett, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq ksur ta' l-Artikolu 81(1)KE minħabba żbalji ta' liġi, ta' fatt u ta' evalwazzjoni li l-Kummissjoni kienet ikkomettiet waqt l-eżami tas-suġġett tal-miżuri li ġew innotifikati lilu. Hija tqis illi l-Kummissjoni kienet fehmet ħażin l-obbligu li teżamina s-suġġett ta' deċiżjoni ta' impriżi u ma ressqitx il-prova li dan is-suġġett kien antikompetittiv.

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 81(1)KE wkoll minħabba żbalji ta' liġi, ta' fatt u ta' evalwazzjoni li l-Kummissjoni kienet ikkommettiet waqt l-eżami ta' effetti tal-miżuri li kienu ġew innotifikati lilha.

Sussidjarjament, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kienet kisret l-Artikolu 81(3)KE waqt l-eżami ta' l-applikabbiltà ta' l-erba' kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tgawdi minn eżenzjoni.

Il-ħames motiv invokat mir-rikorrent huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba li tirriżulta mill-allegati nuqqasijiet, kontradizzjonijiet u distorsjonijiet ta' wħud mill-argumenti tagħha permezz tad-deċiżjoni kkontestata.

L-aħħar motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' ċertezza legali.

____________