Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-73/08) 1

(“Għajnuna finanzjarja mħallsa fil-kuntest tal-programm Daphné II – Determinazzjoni tal-ammont tas-sussidju finali – Nota ta’ debitu – Att li jista’ jiġi kkontestat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Smigħ xieraq – Żbalji ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment B. Henning, sussegwentement U. Claus u M. Uhmann, u finalment C. Otto, S. Reichmann u L.-J. Schmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Grünheid u B. Simon, sussegwentement S. Grünheid u F. Dintilhac, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fin-nota ta’ debitu tas-26 ta’ Novembru 2007, li permezz tagħha hija talbet lir-rikorrent jirrimborsaha s-somma ta’ EUR 23 228.07 li hija kienet ħallsitu skont il-ftehim ta’ sussidju Daphné (JLS/DAP/2004-1/080/YC).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 107, 26.04.2008.