Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 - Axis AB vs L-UASI - Etra Investigación y Desarollo (ETRAX)

(Kawża T-70/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Axis AB (Lund, l-Iżvezja) (rappreżentant: J. Norderyd, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Etra Investigación y Desarollo SA (Valencia, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tas-27 ta' Novembru 2007 fil-każ R 334/2007-2

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark "ETRAX" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 - Applikazzjoni Nru 3 890 291

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Etra Investigación y Desarollo SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi nazzjonali li għandhom l-element verbali "ETRA" u l-ittri "I" u "D" magħquda bis-sinjal "+" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħdet l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Laqa' l-appell u annulla d-deċiżjoni kkontestata

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 49 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/951 u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/942.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta kkunsidra li l-appell sar skond ir-Regola 49(1) tar-Regolament Nru 2868/95 li tipprovdi li l-Bord ta' l-Appell għandu jiċħad appell bħala inammissibbli jekk ma jkunx konformi ma' l-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament Nru 40/94 u r-Regola 48(1)(c) tar-Regolament Nru 2868/95. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontendi li peress li n-nuqqas lingwistiku ma ġiex irrimedjat mill-opponent qabel l-iskadenza tat-terminu previst sabiex jitressaq appell, jiġifieri, it-12 ta' Frar 2007, il-Bord ta' l-Appell allegatament kiser ir-Regola 49(1) u (2) tar-Regolament Nru 2868/95.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p.1)

2 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru, dwar it-trade mark Komunitarja