Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2008 - Promat vs L-UASI - Prosima Comercial (PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A.)
(Kawża T-71/08)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Rechtsanwältin S. Beckmann, Barċellona)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Prosima Comercial, SA (Barċellona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni ta' l-UASI tas-27 ta' Novembru 2007 fil-każ R 574/2007-2;
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Prosima Comercial S.A.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A." għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 11, 16, 17, 20, 22, 35-39, 41 u 42 (Nru ta' reġistrazzjoni 2 423 176).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "Promina" għal prodotti fil-klassi 7 (trade mark Ġermaniża Nru 847 011).
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
1, peress li l-UASI kkunsidra żbaljatament li l-prodotti ma kinux jixtiebħu.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).