Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Promat vs UASI – Prosima Comercial (PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A.)
(Kawża T‑71/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A. – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROMINA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni (Regolament tal-Kunsill Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 39, 42)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2007 (Każ R 574/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Promat GmbH u Prosima Comercial, SA. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Prosima Comercial, SA |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark figurattiva PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A. għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 11, 16, 17, 20, 22, 35-39, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 2423176 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Promat GmbH |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Trade mark verbali Promina għal prodotti fil-klassi 7 – Trade mark Ġermaniża Nru 847011 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: | Oppożizzjoni miċħuda |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |