Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 - Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam)

(Kawża T-242/11) 

["Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali - Talba għal estensjoni territorjali tal-protezzjoni - Trade mark figurattiva 3D eXam - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv u nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaltenbach & Voigt GmbH (Biberach an der Riß, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' Marzu 2011 (Każ R 2361/2010-2) dwar estensjoni territorjali għall-Unjoni Ewropea, tal-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva 3D eXam.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kaltenbach & Voigt GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011.