Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru  2015 – ClientEarth u International Chemical Secretariat vs ECHA

(Kawża T-245/11) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti miżmuma mill-ECHA – Dokumenti li joriġinaw minn terzi – Terminu stabbilit sabiex tingħata risposta għal talba għal aċċess – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Interess pubbliku superjuri – Informazzjoni ambjentali – Emissjonijiet fl-ambjent”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) u The International Chemical Secretariat (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u T. Zbihlej, aġenti, assistiti minn D. Abrahams, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minnt E. Manhaeve, P. Oliver u C. ten Dam, sussegwentement minn E. Manhaeve, P. Oliver u F. Clotuche-Duvieusart u finalment minn E. Manhaeve, F. Clotuche-Duvieusart u J. Tomkim, aġenti); u European Chemical Industry Council (Cefic) (Brussel, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Bronckers u Y. van Gerven, avukati)SuġġettTalba ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-ECHA tal-4 ta’ Marzu 2011 fir-rigward ta’ rifjut ta’ aċċess għal informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi.DispożittivMa hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (ECHA) tal-4 ta’ Marzu 2011, sa fejn irrifjutat l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba permezz tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, sa fejn tirrigwarda l-ismijiet u tad-dettalji tas-6 611 kumpannija aċċessibbli fuq l-internet, fit-23 ta’ April 2014.Id-deċiżjoni tal-ECHA tal-4 ta’ Marzu 2011 hija annullata sa fejn hija rrifjutat l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba permezz tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, sa fejn tirrigwarda informazzjoni li għadha ma ġietx żvelata fit-23 ta’ April 2014.Il-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.Kull parti, inklużi l-Kummissjoni Ewropea u l-European Chemical Industry Council (Cefic), għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1

ĠU C 194

, 2.7.2011.