Language of document : ECLI:EU:T:2013:300





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 — Delphi Technologies vs UASI (INNOVATION FOR THE REAL WORLD)

(Kawża T‑515/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 15, 16)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Karattru distintiv — Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17, 18, 36)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20-24, 32, 33, 37, 38, 43)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark komposta minn diversi elementi — Possibbiltà għall-awtorità kompetenti li twettaq eżami ta’ kull wieħed mill-elementi kostituttivi tat-trade mark — Neċessità li tittieħed inkunsiderazzjoni l-perċezzjoni globali tal-kombinazzjoni mill-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 29)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 34-36)

6.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 68)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1967/2010‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INNOVATION FOR THE REAL WORLD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Delphi Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.