Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Ryanair vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-512/11) 1
(“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-ajru – Taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru – Eżenzjoni ta’ passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Drittijiet proċedurali tal-persuni interessati”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I. G. Metaxas-Maragkidis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u T. Maxian Rusche, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta : Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti); u l-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, A. Joyce u E. Mc Phillips, aġenti, assistiti minn E. Regan, SC)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4932 finali, tat-13 ta’ Lulju 2013, sa fejn tikkonstata li l-assenza tal-applikazzjoni tat-taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru għall-passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza ma tikkostitwixxix għajuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE [għajnuna mill-Istat SA.29064 (2011C ex 2011/NN)].DispożittivId-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4932 finali, tat-13 ta’ Lulju 2013, sa fejn tikkonstata li l-assenza tal-applikazzjoni tat-taxxa Irlandiża fuq it-trasport bl-ajru għall-passiġġieri fi tranżitu u f’korrispondenza ma tikkostitwixxix għajuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE [għajnuna mill-Istat SA.29064 (2011C ex 2011/NN)] hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair Ltd.Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom