Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2013 – Pips vs UASI – s.Oliver Bernd Freier (ISABELLA OLIVER)

(Kawża T-38/12) 1

(Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pips BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. van den Berg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: s.Oliver Bernd Freier GmbH & Co. KG (Rottendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Körber u D. Kämper, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2420/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn s.Oliver Bernd Freier GmbH & Co. KG u Pips BV.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.