Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 - Le Canne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/05)1

("Agrikoltura - Għajnuna finanzjarja Komunitarja - Irregolarità finanzjarja fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ - Deċiżjoni għat-tnaqqis tal-għajnuna - Skadenza tat-terminu ta' preskrizzjoni - Rikors għal annullament u għad-danni")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Azienda Agricola "Le Canne" Srl (Rovigo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Carraro u F. Mazzonetto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2005) 2939, tas-26 ta' Lulju 2005, li tnaqqas il-bilanċ li għadu dovut minn għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lir-rikorrenti għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-impjanti tagħha tal-akwakultura, kif ukoll talba għad-danni li jirriżultaw minn dan it-tnaqqis.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 2939, tas-26 ta' Lulju 2005, hija annullata peress li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lil Azienda Agricola "Le Canne" Srl għall-proġett IT/0016/90/02 minħabba li l-infiq eliġibbli għal din l-għajnuna ġie paċut mal-qligħ magħmul minn Girardello SpA għat-twettiq tax-xogħlijiet marbuta ma' dan il-proġett.

Ir-rikors għad-danni huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 296, 26.11.2005.