Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 - Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/05)1

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Settur tal-inbid - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni - Kunċett ta' superfiċji eliġibbli")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A. Colomb, u sussegwentement G. de Bergues u A.-L. During, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Nolin, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta' Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), safejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq bħala korrezzjoni li tirrigwarda d-determinazzjoni tas-superfiċji eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli għas-sena 2001/2003.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta' Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) hija annullata safejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju s-somma ta' EUR 13 519 122,05, bħala korrezzjoni imposta fuq ir-Repubblika Franċiża li tirrigwarda d-determinazzjoni tas-superfiċji eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli għas-sena 2001/2003.

2)    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 315, 10.12.2005.