Language of document : ECLI:EU:T:2008:441





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008 – Le Canne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/05)

“Agrikoltura – Għajnuna finanzjarja Komunitarja – Irregolarità finanzjarja fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ – Deċiżjoni għat-tnaqqis tal-għajnuna – Skadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Rikors għal annullament u għad-danni”

1.                     Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità – Irregolarità – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 1(2), 4 u 5)

2.                     Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità – Proċeduri legali kontra irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 3 u 4(1))

3.                     Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità – Proċeduri legali kontra irregolaritajiet – Terminu ta’ preskrizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1116/88, Artikolu 8)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2005) 2939, tas-26 ta’ Lulju 2005, li tnaqqas il-bilanċ li għadu dovut minn għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lir-rikorrenti għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-impjanti tagħha tal-akwakultura, kif ukoll talba għad-danni li jirriżultaw minn dan it-tnaqqis.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 2939, tas-26 ta’ Lulju 2005, hija annullata sa fejn tnaqqas l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lil Azienda Agricola “Le Canne” Srl għall-proġett IT/0016/90/02 minħabba li l-qligħ magħmul minn Girardello SpA għat-twettiq tax-xogħlijiet marbuta ma’ dan il-proġett ġie rreġistrat bħala nefqa eliġibbli għal din l-għajnuna.

2)

Ir-rikors għad-danni huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.