Language of document : ECLI:EU:T:2009:269





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2009 – L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑373/05)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Tabakk mhux ipproċessat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (ara l-punti 50, 51)

2.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet (ara l-punti 65-67)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), (ĠU L 199, p. 84), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-settur tat-tabakk mhux ipproċessat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.