Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Settembru 2011 - Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAIEMENT)

(Kawża T-497/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euro-Information - Européenne de traitement de l'information (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta' Lulju 2011, fil-Każ R 370/2011-2; u;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-proċedura quddiem il-UASI u fil-kuntest ta' din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "EURO AUTOMATIC PAIEMENT", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38, 42 u 45.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ma hijiex deskrittiva.

____________