Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny - il-Polonja) – Minister Finansów vs Posnania Investment SA

(Kawża C-36/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(a) –Artikolu 14(1) – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Kunċett ta’ ‘provvista ta’ beni magħmula bi ħlas’ – Trasferiment lill-Istat jew lil awtorità lokali ta’ proprjetà immobbli bil-għan li jitħallas dejn fiskali – Esklużjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minister Finansów

Konvenuta: Posnania Investment SA

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasferiment tal-proprjetà ta’ beni immobbli, minn persuna suġġetta għall-VAT, favur it-Teżor ta’ Stat Membru jew awtorità lokali ta’ tali Stat, li jsir, bħal fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bi ħlas ta’ arretrati tat-taxxa, ma jikkostitwixxix provvista ta’ beni magħmula bi ħlas suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud.

____________

1 ĠU C 145, 25.04.2016