Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 Zoo Sport vs UASI – K-2 (ZOOSPORT)

(Kawża T-453/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZOOSPORT – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZOOT u trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti SPORTS ZOOT SPORTS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zoo Sport Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Rungg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: K-2 Corp. (Seattle, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1119/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K-2 Corp. u Zoo Sport Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Zoo Sport Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 26, 26.01.2013.